L-Imħabba ser tkun it-tema tant mistennija tar-raba' semifinali ta' Brillanti Musicals - Brillanti - Love Story! It-tim jgħidilna, "Iva, din il-ġimgħa, is-semifinalisti li fadal ser joħduna fid-dinja maġika tal-imħabba b'għażla ta' silta minn xi musical li twassal dan is-sentiment tant prezzjuż u għażiż."

Huma jispjegawlna, "It-taqtigħa issa ħraxet, hekk kif il-ġimgħa li għaddiet, Brillanti sellem wieħed mill-ifjen parteċipanti li ħaddan din is-sena Nathaniel u kif żgur segwejtu, it-tluq tiegħu mill-kompetizzjoni inħass ferm mis-semifinalsiti li fadal."

It-tim jgħidilna, 'Biss kulħadd xammar kmiemu, hekk kif il-jiem gerrbu sabiex waslet semifinali oħra - ir-raba' minn sitt semifinali li jwasslu għall-finali tant mistennja! Il-mentor ta' din il-Ġimgħa mhi ħadd ħlief il-brava Julie Zahra, li bil-kapaċità artistika u s-simpatija tagħha, tat tant pariri siewja lis-semifinalisti sabiex ikunu lesti jagħtu għal darb'oħra esibizzjoni mill-ifjen quddiem il-ġurija professjonali internazzjonali tagħna Charles Brunton, Marina Maniglio u Marco Stabile."

Il-mistoqsijiet li kulħadd qed jistaqsi huma, "Min ser jgħaddi din il-ġimgħa - min ser ikunu iż-żewġ semifinalisti li jgħaddu għall-play off u min fl-aħħar tal-programm ser jiġi eliminat f'dan l-istadju tant importanti u kruċjali?"

Illejla garanzija ta' emozzjonijiet, bravura u sorpriżi mistennija! Brillanti Musicals titilfuhx!


Emil Calleja Bayliss