Ilbieraħ ħareġ ir-rapport tal-awtorità tax-xandir u ħareġ biċ-ċar li l-aktar drama favorita tul l-aħħar staġun kienet ‘L-Għarusa’ ta’ Sharp Shoot Media li tidher fuq TVM. Ma kinitx xi sorpriża kbira għax tul dawn l-aħħar xhur id-drama kienet fuq fomm kulħadd!

Kulħadd kurjuż u jiddiskuti x’ħa jiġri fl-episodju li jmiss. Għal darb’oħra l-produtturi flimkien mal-kittieba ta’ din is-sensiela ħakmu l-attenzjoni tat-telespettatur u żammewh isegwi ġimgħa wara ġimgħa. Id-drama infatti laħqet 76,000 telespettatur kull ġimgħa.

L-Għarusa jkompli fl-istaġun li jmiss u hemm ħafna ħeqana biex jaraw kif ħa tkompli tiżvolġi din l-istorja. Kemm-il produtturi, kif ukoll atturi tefgħu posts fuq il-midja soċjali dwar dan is-suċċess li kisbu. Hawn ssibu x’uħud minn dawn!


Emil Calleja Bayliss