Ninsabu biss sitt ġimgħat ’il bogħod mill-ewwel episodju tat-tieni staġun ta’ ‘L-Għarusa’! Iva, daqshekk biss fadal! Jekk segwejt l-ewwel staġun, żgur li tinsab fuq ix-xwiek biex tara kif se tiżvolġi l-istorja!

Aħna ninsabu ċerti li dan l-istaġun se jkun mill-isbaħ u jżommna mat-televixin minn ġimgħa għall-oħra daqs l-ewwel wieħed, jekk mhux aktar! Ilkoll nafu l-livell għoli ta’ produzzjoni li fih dan is-serje, b’cast u crew b’talent enormi.

Ritratt: Facebook / L-Għaursa

Bla dubju, għad hemm ħafna trufijiet li għadna rridu naqbdu rkaptu tagħhom. Fost l-oħrajn ninsabu b’kurżità kbira dwar Bettina Gauci Fontana. Tgħid min qatilha? Vera mejta jew fl-aħħar episodju tawna x’nifhmu li għadha ħajja? Min jaf! Inkomplu nsegwu bħal-lum sitt ġimgħat!

Facebook / L-Għarusa


Yasmin Camilleri