Kayley Stead, ta’ 27 sena, spiċċat ma żżewwġitx lis-sieħeb tagħha għal kważi erba’ snin meta ma tfaċċax għaż-żwieġ tagħhom – iżda ddeċidiet li tkompli bil-festa xorta waħda!

L-għarusa Kayley, li qattgħet ħajjitha tfaddal għat-tieġ tal-ħolm tagħha ddeċidiet li tkompli biċ-ċerimonja mingħajr l-għarus meta naqas milli jattendi. 

Minkejja l-qsim il-qalb, Kayley iddeċidiet li tkompli bil-ġurnata speċjali tagħha fil-15 ta’ Settembru f’Oxwich Bay Hotel f’Gower, Swansea, Wales, bil-maħbubin tagħha madwarha.

Hi nefqet £12k fiċ-ċelebrazzjonijiet. Appoġġjata mit-tim tal-għarusa u anke l-familjari tagħha, Kayley kompliet bl-avveniment tagħha, l-ikel, id-diskorsi, iż-żfin u anke ppożat għal ritratti professjonali mingħajr l-għarus.

Segwi l-filmat li xerrdet hi stess HAWN


Kyle Zarb