Illum jiċċelebra għeluq sninu Ivan Borg, li jiġi l-bassist tal-band Red Electrick. Għal Ivan, dan il-jum huwa iżjed speċjali minn dawk tas-snin ta’ qabel, għax propju propju illum huwa l-ewwel għeluq snin Ivan bħala missier.

ivan
Ritratt: Facebook/Ivan Borg

It-tifla tiegħu Charlotte, li kellu mal-partner tiegħu Sarah Busuttil, twieldet biss madwar tliet ġimgħat ilu.

Ivan illum għalaq 33 sena. Fuq Facebook, il-mużiċisti ta’ Red Electrick kitbulu fuq il-paġna uffiċjali tal-band messaġġ ħelu. Joe, Peter, Aleandro u Robert inkewh u qalulu “ibqa’ ferraħna biċ-ċajt dgħajjef tiegħek ta’ kuljum.”

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ivan ġurnata mill-isbaħ!

Facebook/Red Electrick


Nicole Barbara