Fuq il-paġna tas-Santwarju Madonna tal-Ħerba tellgħu ritratt ta' kif qed isiru l-funerali f'dan is-Santwarju. Fuq il-paġna tħalliet in-not, "Illum sar il-funeral ta’ Giovanna Borg fuq iz-zuntier tas-Santwarju. L-ewwel funeral li sar fi żmien strordinarju li qedt ngħixu fihom. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem."

Kif wieħed jista' josserva l-ammont ta' nies kien wieħed żgħir, il-quddies għar-ruħha ġiet iċċelebrata barra u kien hemm min saħansitra libes il-maskra. Dawn huma lkoll parti mill-miżuri li ttieħdu sabiex jassiguraw is-saħħa pubblika kontra l-ġlieda tal-Covid-19 ġewwa pajjiżna.

Facebook / Santwarju Madonna tal-Ħerba


Emil Calleja Bayliss