Kif tafu, nhar il-Ħadd li għadda rajna l-ewwel auditions ta’ X Factor Malta għal din is-sena. U bdejna bit-tajjeb għax waħda mill-auditions diġà spiċċat fuq X Factor Global!

Għall-ewwel audition tagħha Justine Shorfid kantat il-kanzunetta All I want ta’ Kodaline. Mingħajr dubju f’dan il-filmat nistgħu naraw it-talent kbir li għandha Justine! Waqt li bdiet tkanta, mill-ħarsa tal-ġurija stajna nindunaw kemm Justine laqtithom bħala kantanta! F’xi waqtiet Ira u Alex kienu jidhru emozzjonati wkoll!

Malli Justine waqfet tkanta, l-erba’ ġurija qamu bilwieqfa jċapċpulha! Mhux hekk biss, għax il-kummenti li għaddewlha kienu eċċezzjonali! “Stupenda, perfetta minn kull angolu possibbli”, qalilha Howard u Alex diġà qed timmaġinaha fil-live shows! Ira kienet impressjonata b’din l-audition u anke Ray!

Din il-ġurnata nzertat kienet il-ġurnata meta Justine tagħlaq żmienha! Ma setax kellha rigal isbaħ minn dan! Justine qalet li għadha ma tistax temmen li qalgħet standing ovation mingħand l-erba’ ġurija li tammira mmens! Għal Justine, din hija ħolma li qed issir realtà!

Tajjeb ngħidu li s-sena l-oħra Michela kienet l-ewwel waħda li l-filmat tal-audition tagħha spiċċa fuq X Factor Global! Tgħid is-suċċess li kisbet Michela s-sena l-oħra, se jirrepeti ruħu għal Justine?

F’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Justine għal din l-avventura mill-isbaħ!

Facebook / Justine Shorfid


Yasmin Camilleri