Sharon Ellul Bonici, magħrufa sew fil-kamp tal-midja lokali u anke fil-kamp politiku Malti qasmet aħbar ta' dieqa kbira. Hi tilfet it-tifel iż-żgħir tagħha li jgħix barra minn xtutna. "L-ebda omm m'għandha tgħaddi mit-telfa ta' binha. Strieħ fil-paċi żgħir tiegħi," tistqarr Sharon.

Hi tkompli tikteb, "Inħobbok u ma rridx inqum għada u naf li m'intix hawn. Il-ħajja qatt mhi ħa tkun l-istess, parti minni miet miegħek illum. Strieħ fil-paċi mal-anġli Zakky tiegħi u jekk jogħġbok ħares fuq ħutek."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi lil Sharon u lill-familja kollha tagħha għal din it-telfa traġika.


Emil Calleja Bayliss