Vivienne mill-Belt Valletta, għandha erba' aħwa oħra u hi t-tieni waħda. Illum Vivienne qed tiċċelebra għeluq sninha. L-attriċi żgur li wiċċ familjari ma' ħafna. Rajnieha tieħu sehem f'diversi dramas lokali, probabbli l-iktar popolari kienu Ipokriti u Santa Monica. Iżda dawn ma kinux l-uniċi dramas li ħadet sehem fihom.

Ritratt: Facebook / Vivienne Caruana

Bdiet fid-drama minn meta kiene tarbija għax kienet fuq il-palk bħala Ġesù fil-Milied u donnu minn hemm qatt ma ħarset lura. Vivienne illum tagħlaq 66 sena u aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Nafu kemm għandha l-familja għal qalbha Vivienne u żgur li ħa tkun qed tgħaddi dan il-jum magħhom. Awguri!

Facebook / Vivienne Caruana


Emil Calleja Bayliss