"Odey ġie s-santwarju dalgħodu u f'temp ta' nofsiegħa ngħaqad lura ma' sidu grazzi għall-microchip." Din hi aħbar ħelwa li qasmu l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbadnunati (AAA) fl-aħħar sigħat.

Għaldaqstant, għamlu dan l-appell: "Jekk jogħġobkom, dejjem iċċippjaw u agħmlu t-tag lill-annimali tagħkom."

Waqt li kien fis-santwarju tal-AAA, lil Odey għamlulu trattament biex ineħħulu l-briegħed, imma apparti minn hekk qalu li huwa kelb maħbub ħafna, sempliċiment huwa daqsxejn xiħ.

Fil-kummenti, Lorna Schembri kitbet: "Kemm jien kuntenta għalih. Jien kont li waqqaft it-traffiku biex insalvah. Huwa kelb bravu ħafna."

Facebook / Association for Abandoned Animals


Bradley Cachia