Fuq il-paġna tagħhom l-Arċidjoċesi ta’ Malta wriet id-dispjaċir tagħha wara li l-ammont ta' flus miġbur waqt il-maratoni niżel b'mod drastiku. v

Dan l-iżball tekniku mill-GO wassal biex id-donazzjonijiet ta’ karità magħmula lil L-Istrina, Dar tal-Providenza, Caritas u oħrajn ġew riveduti b’EUR 1.4 miljun. Dan ħoloq diversi problemi bil-pjanijiet li dawn l-għaqdiet kellhom.

L-iżball ikkawża lill-GO tirreġistra darbtejn id-donazzjonijiet magħmula għall-ġbir ta’ fondi minn numri rreġistrati fil-GO bejn Ottubru tas-sena 2020 u Jannar tas-sena 2021. GO assigurew li l-klijenti ma ħallsux donazzjonijiet doppji.

L-Arcjodesi kitbu, "L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tinnota b’dispjaċir l‑istqarrija tal‑kumpanija GO iktar kmieni llum, fejn intqal li l‑ammont ta’ donazzjonijiet irrappurtati miġbura permezz ta’ maratoni televiżivi ġie rivedut ’l isfel b’€1.4 miljun."


Emil Calleja Bayliss