It-tabib Dr. Frank Portelli kiteb dwar il-virus tal-Monkeypox, li qed jidwi ma' kull rokna tad-dinja, hekk kif beda jinfirex f'diversi pajjiżi. Dr. Portelli jisħaq li biex jibda jiġi kkontrollat il-virus, hemm bżonn ta' strateġija.

Hekk kif qed jinfirex ġmielu, hemm bżonn li Malta tkun preparata għal meta jkun hemm bżonn li jibda l-ittestjar. "L-aħjar mod għad-dijagnosi tal-monkeypox huwa permezz ta' swab ta' fluwidu mill-ġilda u tagħmel PCR."

Dr. Portelli jissuġġerixxi wkoll li jibda l-użu tal-Imvanex u Tpoxx. "Imvanex u TPOXX, bi ħsieb strateġiku! L-ebda wieħed f'Malta." Din kapaċi tqajjem kontroversja, hekk kif ħafna ma jidhrux li huma lesti għal aktar vaċċini.

Apparti minn dan kollu, Dr. Portelli kiteb ukoll dwar il-bżonn li t-turisti u dawk kollha li jiġu biex jidħlu Malta minn barra, jiġu skenjati. "Skenjaw lit-turisti għax se nimportaw il-monkeypox."

S'issa jidher li mhux qed isir ebda PCR kontra l-monkeypox. Aktar aħbarijiet dwar is-sitwazzjoni ta' Malta fid-dawl ta' dan il-virus għad iridu jiġu mħabbra b'mod uffiċjali


Kyle Zarb