Kyle Cutajar forsi mhux isema familjari daqshekk, imma s-sena l-oħra il-kantant maskili kien parti mill-band Systm 12 li baqgħu għaddejin sal-judges houses. Kyle kien l-iżgħar membru fil-grupp, applika bħala solist imma l-ġurija xeħtuh f'din il-band! Is-sena l-oħra mill-ewwel spikka avolja kien l-iżgħar membru fil-grupp! 

Din is-sena... irnexxielu jemozzjona lill-ġurija bil-kanzunetta I'm Not The Only One tal-kantant ċelebri Sam Smith! Alexandra spiċċajt tibki. Il-ġurija kollha raw kemm mexa 'l quddiem f'sena Kyle. Hu jgħid li kieku ma kienx il-grupp għalih ma kienx jimxi u jitgħallem daqshekk! Jidher li Kyle uża l-esperjenza tiegħu sabiex jitgħallem minnha,

Hu jgħaddi għall-fażi li jmiss... 4 IVA mill-ġurija! Prosit Kyle! Kurjużi naraw jirnexxilekx tbikki lil Alex terġa'! 


Emil Calleja Bayliss