Malta ilha ma tibgħat kanzunetta bil-Malti għal Eurovision mill-1972 imma fatt kurjuż li forsi ħafna ma jafux hu li numru ta’ kanzunetti li rrapreżentawna fil-passat jeżistu bil-Malti ukoll! Dan ġara minħabba diversi fatturi differenti, ir-raġuni prinċipali kienet li l-kantanti kienu jippreżentaw iż-żewġ verżjonijiet fil-bidu tas-snin disgħin peress li l-festival kien jippromovi wkoll il-kanzunetta Maltija. Wara li dan waqaf isir kien hemm min, minn jheddu ħareġ il-verżjoni bil-Malti tal-kanzunetta.

1975 Singing This Song ta’ Renato Micallef, teżisti bil-Malti ukoll u jisimha Idħak u ċ-Ċajta. Sfortunatament mhux qiegħda onlajn anqas din il-verżjoni imma jekk hawn xi ħadd li għandu xi kopja jibgħatilna.

1991 Could It Be ta’ Paul Giordimania u Georgina Abela bil-Malti kienet Sejjaħ u Ssibni. Sfortunatament ma sibniex verżjoni onlajn ta’ din il-kanzunetta però sibna l-lirika tagħha u ħsibna biex naqsmu magħkom ir-refrain.

“Sejjaħ u ssibni għalxejn iqum ir-riħ, jitqawwa l-baħar jien xorta nasal ħdejk ma jżommni xejn u ħadd għalija int il-bidu u tmiem l-għajxien”

1992Little Child ta’ Mary Spiteri bil-Malti magħrufa bħala Tfajjel Ċkejken. Minħabba s-suċċess li kisbet fil-Eurovision Song Contest, il-verżjoni bil-Malti ukoll magħrufa ferm u Mary Spiteri interpretat il-verżjoni bil-Malti bosta drabi.

1993This Time ta’ William Mangion kienet iġib l-isem ta’ Issa. Verżjoni oħra interessanti li kienet popolari bil-Malti f’dak iż-żmien ukoll. Sibna l-filmat infatti meta William kanta din il-kanzunetta bil-Malti fil-festival.

1997Let Me Fly ta’ Debbie  Scerri ħarġet fl-album tagħha Kif Se Ntir, li kien iġib l-istess isem tal-kanzunetta li waslitha fil-Eurovision Song Contest. Verżjoni li forsi ftit nies jafu biha però verżjoni verament ħelwa. Għadha qatt ma tfaċċat onlajn din anqas.

1998The One That I Love ta’ Chiara ħarġet bħala Lilek Inħobb u l-istess bħal każ ta’ Mary Spiteri, peress li l-kanzunetta kienet kisbet riżultat tajjeb immens u kienet tant viċin ir-rebħ anke l-verżjoni bil-Malti għamlet suċċess.

2010My Dream ta’ Thea Garrett kienet propju l-aħħar kanzunetta li ħarġet bil-Malti li marret tirrapreżentana fil-Eurovision Song Contest. Il-kantanta żagħżugħ kienet nediet il-kanzunetta Ħolma aktar tard. Sibna verżjoni ferm interessanti flimkien mal-kantanti li pparteċipaw f’dik is-sena fil-festival.

BONUS! Bilħaq, forsi tafu għax riċenti mmens din! Fl-2017 il-kantanta Claudia Faniello ħarġet il-verżjoni tal-kanzunetta Breathlessly bit-Taljan li ġġib l-isem ta’ Perdersi. Għidna naqsumha magħkom ukoll kif qegħdin fiż-żifna.


Emil Calleja Bayliss