Il-poeżija ta' Oliver Friggieri L-Għanja ta' Malta forsi mhux kulħadd familjari magħha, forsi kien hemm min sabha kemxejn twila meta ġie biex jaqraha u qata' qalbu, u forsi kien hemm min raha ftit diffiċli biex fehma. Bħala parti mill-Malta International Arts Festival b'kollaborazzjoni ma' Teatru Malta din il-poeżija ħadet il-ħajja.

Il-poeżija ġiet miktuba fl-1989 maħduma fi proġett poetroniku u tirrapreżenta "l-eroj u n-nies komuni li ġew qabilna u li fasslu t-triq għal Malta kif nafuha illum." 52 attur ingħaqdu flimkien biex jirrakkontaw din il-ġrajja. Bil-vuċi u l-espressjoni tagħhom tawha l-ħajja u tawha dimenzjoni oħra. Inħallukom tgawdu t-talent Malti verament fl-aqwa tiegħu.


Emil Calleja Bayliss