"Huwa unur li nħabbar uffiċjalment li se nkun qed nippreżenta Malta's Got Talent. Jiena nħossni ferħan u ħerqan ħafna li nifforma parti minn dan il-vjaġġ spettakolari li fih aħna lkoll irridu naraw ħafna talenti note," dawk kienu l-ewwel kliem ta' Gordon Bonello hekk kif ħabbar li ħa jkun qed jippreżenta Malta's Got Talent.

It-tfajla ta' Gordon, il-preżentatriċi Clara Farrugia kitbet, "kemm jien kburija bik." L-aħbar hi kemxejn ta' sorpriża għax ħafna kienu qed jistennew li jerġgħu jaraw lil Ben Camille iżda jidher li l-għażla finalment waqgħet fuq Gordon Bonello. Gordon ħafna jafuh bħala attur u produttur, iżda dawk li ħadmu mill-qrib miegħu jafu kemm hu persuna tal-ġenn u li l-ħin kollu jdaħħak.

Dawk in-nies li ħa jkunu qed jistennew biex joħorġu fuq il-palk żgur ħa jieħdu gost bil-preżenza ta' Gordon għax jekk ikunu eċitati, ħa jgħin sabiex inaqsilhom dak l-eċitatment. Ninsabu ħerqana mmens biex naraw l-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent! Awguri minn qiegħ qalbna Gordon!


Emil Calleja Bayliss