Fuq il-programm ġdid ‘Ara Min Mar!’ li qed jixxandar fuq Net TV, Mark Laurence Zammit irrakkonta dwar il-ġrajja tiegħu ta’ meta mar fuq missjoni ġewwa l-Afrika.

Huwa qal li din l-esperjenza kellha bżonn ta’ ħafna preparamenti, għaliex wieħed irid ikun preparat għal dak li jista’ jinqala’. Mark tkellem ukoll dwar is-sbuħija li tara ġewwa l-Afrika, imma ħassu xxukjat kif il-ħlejjaq l-oħra jistgħu jgawdu minn l-attrazzjonijiet fl-Afrika imma bniedem ikollu jgħix b’mod differenti fil-ġuħ u l-faqar.

mark

L-għan ta’ dan il-programm hu li jintwerew u jiġu spjegati l-esperjenzi tal-missjoni mill-bidu li wieħed jibda jiprepara għall-vjaġġ, għall-esperjenzi tal-missjoni stess, sa kif wieħed iħossu wara li jkun għamel din l-esperjenza u jasal lura f’daru.

Facebook / Ara Min Mar


Henzley  Bezzina