Il-viċi sindku ta' Birżebbuġa Josette Busuttil kitbet messaġġ biex issellem il-memorja ta' Jacqueline. Sfortunatament ħalliet din id-dinja.

"Żmien  twil ilu laqqgħuni miegħek. Ma jiddispjaċini qatt li sirt nafek, anzi kont onorata li sirt nafek u għallimtni. Kellek ħajja iebsa wisq u kurrenti iebsin. Kont kapaċi  taqdef kontra kull mewġa. Biss mil-lum daqshekk  tbatija u għawġ. Strieħ fil-paċi għażiża."

Jacqueline f'ħajitha rnexxielha twettaq il-ħolma li tikteb ktieb, bl-isem ta' Ġaviva. F'isimha u f'isem it-tim ta' Arani Issa Josette tgħaddi l-kondoljanzi tagħha lill-familjari kollha.

Strieħ fis-sliem għażiża Jacqueline! Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb f'isem Gwida.mt.


Gwida.mt