Ilbieraħ tħabbar fuq il-paġna ta' Bjorn Formosa li sfortunatament tilef il-vuċi tiegħu. Mument ta' sfida li kienu jafu li ser jaffaċċjaw, u anke irnexxielhom jippreparaw għalih grazzi għat-teknoloġija.

"Bis-saħħa tat-teknoloġija, qbadna l-vuċi li kelli qabel l-ALS u ser nibdew nużaw lilha biex inkun nista' nikkommunika u jifhmuni n-nies. Ilna nippreparaw għal dan il-mument, issa dan l-unika mezz li nista' nikkomunika u jifhmuni."

Bjorn ifakkar dwar l-ewwel anniversarju ta' DAR Bjorn li ser issir nhar is-Sibt li ġej. "Ser nuża din il-vuċi għall-ewwel darba f'din ix-xandira speċjali." Kunu hemm ma' Bjorn nhar is-Sibt, 4 ta' Mejju, fit-20:00 fuq ONE.

Facebook/ Bjorn Formosa


Kyle Zarb