Jason Micallef jirrifletti fuq il-kunċert tal-bieraħ bl-isem ta' L-Għanja Li Ħadd Ma Jsikket - Ray Mahoney. Hu jikteb, "It-tifkira tax-xogħljiet stupendi tal-mibki poeta Ray Mahoney, qanqlet emozzjoniiet kbar. Kienet tabilħaqq speċjali."

Hu jkompli, "Rari rajt is-sala ewlenija ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, għal bosta drabi mimlija b'nies ta' kull età bil-wieqfa, iċapċpu, b'uħud bid-dmugħ f'għajnejhom jirrispondu għall-mużika, il-kanzunetti, u r-rakkonti ħajjin ta' dan ħuna, li warajh ħalla fost l-akbar patrimonju ta' musicals, rockoperas, u kanzunetti f'pajjiżna.

Jason itemm, "Grazzi mill-qalb lit-team stupend kollu tal-produzzjoni tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Lil sħabi Maestri Paul Abela u Domnic Galea. Il-kantanti kollha li taw qalbhom, u lil Clare Agius li mexxiet is-serata b'abbiltà liema bħalha."

Prosit tassew lil kull min kien involut!


Emil Calleja Bayliss