Fuq Facebook ġiet ippubblikata post dwar Ninu, kelb li qed ifittex familja u dar ġdida wara li s-sidien tiegħu kellhom jidħlu f'dar tal-anzjani. "Sfortunatament Ninu tilef lis-sidien tiegħu għax daħlu ġo dar tal-anzjani."

Il-kittieba tal-post tkompli tgħid li Ninu jinsab f'għalqa, fejn imorru biex jitimawh hemm stess. "Jekk hawn xi ħadd lest li joffrilu dar u jħobbu tul ħajtu kollha, kellmuni b'messaġġ privat".

Ninu huwa kelb mans ta' razza Labrador mix u għandu madwar 4 u 5 snin.


Gwida.mt