Il-preżentatur Twanny Scerri kiteb messaġġ mill-qalb lill-għażiża ommu li llum tagħlaq l-età sabiħa ta' 93 sena.

Twanny jsemmi r-rispett li għandhom lejn xulxin tant li biex ma jinkwetawx lil xulxin, ġieli ma jgħidux lil xulxin b'dak li qed iħossu, bħal jekk iħossuhom ma jifilħux jew xi ftit muġugħin. 

"Jekk waqt programm Radio kultant tismagħni ftit maħnuq, l-ewwel waħda li ċċempel u tistaqsini jekk hux kollox sew! DIN OMMI. Il-MAMÀ TIEGĦI, MARY, illum tagħlaq 93 sena. Grazzi Mulej...", jikteb Twanny. 

Il-preżentatur tar-radju jsellem anke lill-ommijiet li twieldu f'din id-data wkoll iżda ħallew din id-dinja. Awguri minn qalbna lil Mary!


Kyle Zarb