Bejn il-Ġimgħa, 3, u l-Ħadd, 5 ta’ Mejju, il-Malta Drag Racing Association qed torganizza t-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing għal din is-sena. Round bl-isem ta' Fueltech Mayhem.

In-numru ta’ 100 parteċipant li jvarjaw minn tipi differenti ta’ karozzi, muturi u dragsters huwa rekord għal dan it-tieni rawnd tal-kampjonat. Fost dawn l-iskrizzjonijiet, il-Malta Drag Racing Association hi ferħana li fost il-prteċipanti hemm 10 minn Sqallija, l-Italja u anke minn Franza.

Din hija ħarġa ideali għall-familja kollha. It-tiġrijiet se jkunu fl-aqwa tagħhom il-ġurnata kollha, u l-avveniment huwa miftuħ għal kulħadd mill-Ġimgħa 3 ta' Mejju sal-Ħadd 5 ta’ Mejju.

Oliver Attard


Kyle Zarb