Jidher li tul l-aħħar 24 siegħa kellna każ wieħed pożittiv, każ ta' persuna barranija li rritorna lura Malta fuq vjaġġ ta' ripatrijazzjoni. Mid-930 każ li saru tul l-aħħar sigħat, ħareġ ukoll li persuna fieq. Dan ifisser li l-każijiet attivi f'pajjiżna baqgħu ta' 11.

B'kollox f'pajjiżna saru 103,324 swab u minnhom ħarġu 673 każ attiv li minnhom 653 irkupraw u 9 minnhom sfortunatament tilfu l-ġlieda tagħhom. Dawn in-numru xorta jpoġġuna fost l-aqwa fid-dinja f'terminu ta' numru f'din il-pandemija.


Emil Calleja Bayliss