Kaos kbir fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif mijiet jibqgħu mwaħħlin fil-kju anke f’dan il-mument stess. Nies li niżlu siegħat ilu għadhom qed jistennew fil-kju mingħajr l-ebda ħjiel ta’ distanza soċjali.

Il-kju tant huwa twil li anke ż-żona tal-irkupru tal-bagalji hija ppakkjata bin-nies. In-nies qed iċapċpu sarkastikament kull darba li xi ħadd jirnexxielu jasal fiż-żona tal-Arrivals.

Mijiet ta’ nies jistgħu jinstemgħu jilmentaw f’films li jittellgħu fuq il-midja soċjali.

Jidher li l-każ ewlieni għal dan il-kaos huwa dovut għall-fatt li ċ-ċertifikati diġitali għadhom mhumiex fis-seħħ. Għalhekk, in-nies iridu jippreżentaw ċertifikati fiżiċi li jieħdu fit-tul biex jiġu pproċessati.

Saret pressjoni fuq is-supretendent tas-saħħa biex tintroduċi ċertifikati diġitali malajr kemm jista’ jkun.

Times of Malta


Bernard Xuereb