Sejħa għal kantanti minn 60 sena 'l fuq għall-produzzjoni ġdida li ser tkun qed tixxandar aktar tard din is-sena - The Voice Senior. Hekk hu! Din id-darba ser naraw parteċipanti maturi.

It-tim ta' The Voice of Malta nieda l-istruzzjonijiet għal dawk li jitħajjru jittantaw xortihom. Jekk għandkom minn 60 sena 'l fuq u intom imħajrin, jew tafu min, dan hu li għandek tagħmel:

  • Idħol fis-sit uffiċjali HAWN
  • Imla l-applikazzjoni
  • Uri x'taf tagħmel!

Int għandek tibgħat filmat tiegħek tkanta permezz ta' Youtube, TikTok, Google Drive jew one Drive. Lesti?!

Facebook/ The Voice of Malta


Kyle Zarb