Kif tafu, l-Ħadd li għadda fuq X Factor saret is-six chair challenge, u waħda mill-performances kienet tal-grupp Bloodline li kantaw Poker Face ta’ Lady Gaga.

bloodline
Ritratt: Facebook/X Factor Malta

Kulħadd baqa’ sorpriż bl-interpretazzjoni tad-diska minn Julia u Samira. Anki jien stess kważi kważi bdejt ngħid… “imma din żgur Poker Face?!” Jidher li mhux lilna l-Maltin biss issorprendew, għax il-performance tagħhom ittellgħet fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ X Factor Global!

Bla dubju ta’ xejn li Julia u Samira bħalissa jinsabu ferħanin se jtiru u fl-istess ħin bla vuċi wara l-għajjat sfrenat tal-eċitament tagħhom (dan kien kliemhom meta kellimthom!)

Julia qalet: “Din litteralment ħolma! Ninsab litteralment affaxxinata, grazzi lil kulħadd tas-sapport tagħkom. Samira, inħobbok ħafna.”

julia
Ritratt: Facebook/Julia Balzan

Mill-banda l-oħra Samira qalet li żgur li qed toħlom. “Hija xi ħaġa li kważi mhix reali. Grazzi  ħafna lil kull persuna li emmnet fina u ssapportjatna matul dan il-vjaġġ s’issa. Inħobbok Julia.”

samira
Ritratt: Facebook/Samira Cauchi

Jien għalija kien ħaqqhom ŻGUR jispiċċaw fuq X Factor Global. Meta kont qed nara l-programm il-Ħadd li għadda kumbinazzjoni hekk kont qed naħseb. Il-mod ta’ interpretazzjoni tagħhom tal-mużika huwa wisq uniku u jistħoqqilhom l-ikbar rikonoxximent. Bravi Sam u Ju!

Facebook/X Factor Malta


Nicole Barbara