Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, John Bundy jidher li qanqal diskussjoni dwar dawk in-nies li mingħalik ikunu ħbieb tiegħek u fil-verità jispiċċaw jitraduk.

Id-diskussjoni bdiet billi John Bundy qasam sentenza waħda mill-ktieb tal-Għerf li tgħid: “Il-ħbieb foloz bħad-dell, miegħek fid-dawl, waħdek fid-dlam”.

Fil-pront bdew jikkumentaw bosta nies li bdew jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom. Wieħed mill-kummenti, miktub minn Silvana Micallef, kien li “Fil-ħajja titgħallem tagħraf dawk in-nies ġenwini. Konoxxenzi jkollna ħafna imma ħbieb veri waħda jew tnejn.”

john

L-attur Joe Borg ikkummenta wkolll, u qal “Ħbieb ta’ veru żgur mhumiex dawk li jgħasruk bħal lumija u jgħarmuk… Ħbieb ta’ veru huma dawk li ssibhom ma’ ġenbek fin-niket, jgħinuk fil-gwaj u jiftakru fik fit-talb tagħhom”.

john

X’taħsbu intom fuq dawn l-erba’ kelmiet? Naħseb li John Bundy u sħabu għandhom raġun jitkellmu hekk. Ftakru li meta xi ħadd jagħmlilna l-ħsara, fil-verità ikun qed jagħmel iżjed ħsara lilu nnifsu…

Facebook/John Bundy


Nicole Barbara