Madwar ġimgħa u nofs ilu, ingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ Matthew. Matthew iżżewweġ lil Elena u wieħed seta' jara numru ta' stejjer fuq instagram mit-tieġ. Il-bestman ta' Matthew ma kien ħadd ħlief Nate Darmanin.

Ritratt: Facebook / Crazebook

Matt u Nate ilhom ħbieb għal ħafna snin u probabbli uħud minnkom tiftakru lil Nate flimkien ma' Matthew fuq NET TV bil-programm Crazebook! Aħna sibna żewġ ritratti li joħduna lura diversi snin u ngħiduha kif inhi Nate kważi anqas biss jintgħaraf f'wieħed mir-ritratti!

Ritratt: Facebook / Crazebook

Il-ħbiberija sinċiera bejn dawn it-tnejn waslithom sabiex il-koppja jqabbdu lil Nate ikun il-bestman tat-tieġ, tant u hekk li anke spiċċa sabiex jagħti diskors f'dan il-jum speċjali għal koppja! Nistgħu nassumu li xi batuta tad-daħk ma naqsitx.  

Ritratt: Instagram / Frank Zammit

Jidher li Nate ma telaqx lil koppja minn taħt għajnejh għax anke waqt li kienu qed jieħdu r-ritratti fil-bidu tat-tieġ, kien hemm jiġbed ir-ritratti minn wara l-kwinti tal-koppja jiddvertu u jaqbżu fl-arja!

Ritratt: Instagram / Nate Darmanin

Frank li kien mistieden it-tieġ ukoll xeħet ftit ritratti mit-tieġ li ħsibna li intom il-qarrejja tagħna tieħdu gost bihom u deher li kellu rwol interessanti fit-tieġ ukoll! Kif tistgħu taraw fir-ritratt ma tantx jidher kuntent b'dan l-irwol!

Ritratt: Instagram / Frank Zammit

Gianni Zammit kien qed jieħu ħsieb l-ispettaklu f'dan il-jum għal koppja u ċertament li l-mistiedna ħadu ħafna bużż waqt dan it-tieġ! Mill-filmat li sibna hekk, fl-after party kien hemm ħafna u ħafna briju! 

F'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat f'dan il-pass ġdid li ħadu fil-ħajja miżżewġa tagħhom. Nawgurawlhom ħajja feliċi flimkien u ta' kuntentizza.

Aġġornat: Skoprejna li Nate ma kienx il-bestman iżda kien parti kbira mit-tieġ ta' din il-koppja. Ngħiduha kif inhi... kien ikun bestman faqa! Kollox jidher li l-bestmen kienu Mark Calleja u Adrian Calleja.

Matthew b'ċajta qal: "serqilkom it-titlu ghal mument. Dak kollu tort ta' dak l-afterparty li faqqajtilna buddy."

Facebook / Elena Saliba


Emil Calleja Bayliss