Ic-Chair Challenge ta’ X Factor Malta reġgħet lura u min hu mħajjar jista’ jikseb il-biljetti tiegħu minn fuq is-sit ta’ Showshappening.

Din l-isfida għall-parteċipanti ta’ X Factor Malta ta’ din is-sena ser tkun qed tinġibed fid-disgħa, fil-ħdax, fit-tnax u fit-tlettax ta’ Ottubru ġewwa l-MFCC f’Ta’ Qali. Il-biljetti huma limitati u dawn se jkunu qegħdin jinbigħu għall-prezz ta’ €10 u €20 għal kull show. Wieħed jista’ jikseb il-biljetti għall-erba’ shows f’daqqa għall-prezz ta’ €25 jew €55.

Dan l-avveniment se jkun qed jimxi mall-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa rigward avvenimenti fejn in-nies jibqgħu bilqiegħda.


Henzley  Bezzina