Plejers żgħar illum għamlu dak li tant iħobbu jagħmlu, l-isports u l-futbol, bil-għan li jgħinu lil min hu inqas ixxurtjat minnhom. Dan waqt li t-temp xejn mhu favorina, u mhux faċli tkompli bl-affarijiet kif pjanat.

Larkin Bonnici kellimna dwar il-pest li għamlu l-plejers ta' Fgura United. "Minkejja l-isfidi meteorjoloġiċi, dalgħodu kowċis u tfal ta' 6, 7 u 8 snin organizzaw attività ta' street football fejn ġabru s-somma sabiħa ta' €300."

gh

Larkin ikompli, "Din hi parti minn kullana t'attivitajiet li qed isiru b'risq il-Caritas li ħa tilħaq il-qofol tagħha waqt il-maratona ġbir ta' fondi pjanata għal nhar it-3 ta' Diċembru."

Bravissimi!

gy


Kyle Zarb