Stephanie Carabott, omm li kienet waqt vjaġġ lejn Għawdex flimkien ma' binha u kellhom problema meta tilfu l-mowbajl tagħha. Mowbajl li fih kien hemm tant tifkiriet ta' żewġha, li ħalla din id-dinja.

Persuna li kienet hemm għażel li jgħinhom biex jinstab il-mowbajl. Dan wara li binha ta' 10 snin li jbati b'kundizzjoni kien imbikkem għax ma jafx fejn kien għamlu. Il-persuna li offra l-għajnuna, flimkien mal-kru tal-Gozo Channel għamlu xi telefonati biex joffru l-għajnuna.

Stephanie kkuntattjatna waqt li esprimiet l-apprezzament tagħha lejn dan ir-raġel li mingħajr ma jafhom, iddeċieda li minn qalbu jappoġġjahom. Kemm hu importanti li dak li nsibu, naraw kif nagħmlu u nsibu lil sidhom, għax ma tistax tgħid il-valur li għandu għalihom.


Kyle Zarb