WICCI hija komunità globali bi struttura u strateġija innovattiva mwaqqfa minn Dr. Harbeen Arora. Il-President ta’ WICCI, is-Sinjura Chircop qassmet diversi informazzjoni rigward il-pjan ta’ dan il-moviment.

"Bħala kommunità nazzjonali favur in-nisa, kif ukoll favur il-familji għax nemmnu li l-mara hija iċ-ċentru tal-familja Women’s Indian Chamber of Commerce and Industry, għandha t-tir li tippromwovi lill-intraprenditorija ta’ negozjanti nisa mal-gvern, mal-istituzzjonijiet, mal-kummerċ globali u ma’ diversi netwerks. Għal appoġġ ikbar favur in-nisa fil-qasam tan-negozju u professjonisti."

Is-Sinjura Chircop tkompli tgħidilna li apparti WICCI, hemm diversi movimenti li jaħdmu qatigħ biex ixerrdu l-potenzjal qawwi li għandhom in-negozjanti nisa li jagħtu servizzi kif ukoll professjonisti femminili.

Is-Sinjura Chircop tisħaq li WICCI taħdem bi sħiħ biex r-regoli, il-liġijiet u l-inċentivi governattivi jitranġaw fejn hemm il-bżonn bit-tir li l-mara tingħata opportunità xierqa fis-setturi kollha b'ideat friski godda li jaqgħu taħt in-negozji u professjonisti dinji, bit-tir li l-futur tal-mara jinbena fis-sod.

Skont is-Sinjura Chircop, eluf ta’ office bearers madwar id-dinja kollha qed jagħtu lill-mara opportunitajiet ta’ livell għoli u ta’ unur. Fosthom hemm pożizzjonijiet ta’ President, Viċi President u Membru tal-kunsill fi ħdan dawn il-kunsilli:

  • Bilateral Business Councils
  • National Sector Councils
  • State/UT Councils
  • State/UT Sector Councils
  • apex National Council

Is-Sinjura Chircop tgħid li hi prijorità għal dawn il-kunsilli li l-mara tagħti sehema fid-diskussjonijiet għal diversi deċiżjonijiet u liġijiet, fil-konnessjonijiet sodi bejn in-nisa mill-Indja, u minn madwar id-dinja kollha li tigi bbazata fuq gherf u valuri, fil-ħarsien soċjali u fis-suċċess tal-iżvilupp u s-sostenn ekonomiku b'aktar kompassjoni, aktar gentili u favur il-familji.

Is-Sinjura Chircop hi mlaħħqa bħala l-president ta’ WICCI u diġà appuntat Viċi President u 21 kunsilliera Maltin biex jingħaqdu bħala tim komplut biex jagħqdu dan il-kunsill, kollha esperti fi 22 oqsma differenti. Is-Sinjura Chircop tgħidilna li WICCI kompla jikber fil-21 ta’ Jannar 2021.

Għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta, WICCI Malta femminili ingħaqdet għall-ewwel darba mal-kamra tal-Kummerc ta' Malta u ġie ffirmat MOU fejn ingħaqdu bħala assoċċjazzjoni magħhom fejn anke il-fundattriċi Dr. Harbeen Arora kienet ukoll preżenti virtwalment waqt din iċ-ċeremonja. Żewġt ikmamar jaħdmu flimkien għal għan wieħed.

WICCI trid tagħti s-sehem tagħha biex toffri l-għajnuna u s-sostenn lill-pajjiżi bi kriżi umanitarji bħal gwerer jew diżastri naturali. Il-komunità bi ħsiebha tibqa’ tippreżenta l-viżjonijiet tagħha u diversi rakkomandazzjonijiet bil-miktub lill-awtoritajiet konċernati. F’Jum il-Mara li għadda, is-Sinjura Chircop żvelat b’sodisfazzjon li Malta ospitat l-Annual Women Economic Forum għas-sena 2021 fejn ġew preżentati l-viżjonijiet kollha proposti.

Bħala prijorità WICCI kellha l-ewwel missjoni taghha bhala tim Malta fejn organizzat u bghatet konvoj lit-tfal u persuni minn Yemen li qed ibatu l-ġuħ u faqar minħabba gwerra li ilha 7 snin. Bis-saħħa tal-promozzjoni fuq il-midja soċjali, il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi, u l-għajnuna finanzjarja mill-Ministru Onor. Evarist Bartolo, il-konvoj lejn Yemen kien suċċess.

Bis-saħħa ta’ dan il-konvoj, tfal u nies minn Yemen ngħataw diversi bżonnijiet bażiċi, ħwejjeġ, ikel għat-trabi u għan-nies kollha, u prodotti oħra. B'ezempju, bghatna messagg qawwi globali li avolja wiehed mill izghar pajjizi fid-dinja u ghamilna hoss biex nippromwovu il-paci.

WICCI trid tagħti s-sehem tagħha biex toffri l-għajnuna u s-sostenn lill-pajjiżi bi kriżi umanitarji bħal gwerer jew diżastri naturali. Il-komunità bi ħsiebha tibqa’ tippreżenta l-viżjonijiet tagħha u diversi rakkomandazzjonijiet bil-miktub lill-awtoritajiet konċernati.

Fil-25 ta' Marzu li għadda, is-Sinjura Chircop żvelat b’sodisfazzjon li Malta ospitat għall-ewwel darba l-Annual Women Economic Forum għas-sena 2021 u minħabba il-pandemija saret virtwali u kellna ħafna parteċipanti live mid-dinja kollha fejn ġew preżentati l-viżjonijiet kollha proposti.

Kien ibbażżat fuq 22 kamra ta' kull kunsilliera li huma f setturi differenti fejn ġie diskuss bl-għerf u l-opinjonijiet tal-istess forum għat-triq 'il quddiem b'viżjoni wara l-pandemija dinjija.


Kyle Zarb