Terremot li tkejjel fuq l-iskala richter bħala 6.9 wara li seħħ lejn il-Greċja u l-Libya, u ieħor iżgħar ta’ 5.9 żewġ minuti wara fin-Nofsinhar tal-Greċja, inħassu fil-Gżejjer Maltin. Dawn inħassu hawn għall-ħabta tat-8:10a.m. “Għalkemm seħħ f’fond ta’ madwar 16-il kilometru, jista’ jkun li jinħoloq zunami żgħir u li jdum madwar siegħa biex jilħaq ix-xtut li jinsabu lejn il-Grigal ta’ Malta” kitbet il-paġna tat-tbassir tat-temp, ‘It-Temp Madwarna’.

Fis-sezzjoni tal-kummenti bosta qalu li ma ħassew xejn, iżda utenta ta’ Facebook qalet li f’Tas-Sliema nħass sew. S'issa m’hemm l-ebda lok għal allarm għall-pubbliku.

 


Nicole Zammit