Fuq il-paġna Diego and I, Sefora Aquilina kitbet messaġġ għal missierha li ħa jkun qed jibda kapitlu ġdid f'ħajtu, din id-darba bħala penjonant. 

"Uffiċjalment Pensjonant! Jien u t-tfal morna nagħtu sorpriża żgħira lil missieri fl-aħħar ġurnata tax-xogħol tiegħu. Missieri għex ħajtu kollha jaħdem għalina, dejjem baqa' nieqes hu biex jagħtina dak kollu li kellna bżonn."

Sefora ssemmi kemm ħadem għall-familja u kemm kien hemm għalihom f'kull perjodu ta' ħajjithom. "Grazzi ta kollox Pa, gawdi l-pensjoni u strieħ issa għax batejt biżżejjed."

Awguri f'isem Gwida.mt!


Kyle Zarb