Gwida.mt tkellem ma’ Peppi Azzopardi wara li l-bieraħ filgħaxija saret edizzjoni speċjali onlajn tal-programm Xarabank, wara li dan l-istess programm tneħħa minn fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM.

Peppi Azzopardi qal li waqt li kien qed jagħti l-kumment tiegħu lil Gwida.mt l-programm laħqu rawh mal-100,000 ruħ.

“Nemmen ħafna li dan il-feedback ifisser li n-nies jista’ jkollhom spazju biex jibqgħu jesprimu ruħhom quddiema udjenza kbira u għallura effettiva. Din turi li l-poter ma jistax iwaqqaf leħen in-nies”, saħaq Peppi Azzopardi.

Hu żied jgħid li “għadna ma nistgħux nifmhu biżejjed kif it-teknoloġija qed tagħtina l-poter f’idejna, u huwa f’idejna kif nagħżlu li nużawha”.

Tista' ssegwi l-programm permezz tal-filmat t'hawn taħt: 

Xarabank / Facebook 


Maria  Desira