Il-paġna ta' Ulied il-Lejl tkompli tinki lis-segwaċi tagħha b'aktar ritratti minn wara l-kwinti ta' dak li għandna nistennew fit-tieni staġun ta' din is-sensiela.

L-aħħar ritratt li tellgħu fuq il-mezzi soċjali hu ta' Pietru u Santu, fejn jidher li nqala' xi argument jaħraq bejn dawn iż-żewġ karattri. X'ġara ħadd ma jaf u mhux ħa nkunu nafu għalissa iżda żgur li ħafna qed jistaqsu u jispekulaw fuq xiex jew inkella fuq min seta' nqala' argument bejnietom.

Is-sensiela bbażata fuq il-kotba Suwed Ulied Il-Lejl ta' Charles Micallef St. John. L-ewwel sensiela mxandra fuq NET TV kienet tassew popolari u ħafna qed jistennew bil-ħerqa t-tieni staġun ta' din is-sensiela.

Kif taħsbu li ħa tiżvolġi l-istorja?


Emil Calleja Bayliss