Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur żagħżugħ Jamie Cardona li naraw fil-parti tat-tifel tat-tabib, fis-sensiela L-Għarusa. Parti żgur ta' sfida għal Jamie, fejn qed jinterpreta karattru ta' ġuvni f'siġġu tar-roti. Jamie llum jagħlaq 19-il sena u dawk midħla tat-teatru u drama żgur li jafu lil Jamie. Ftit tax-xhur ilu kien ukoll jieħu sehem fis-sensiela Ħobbni Ftit

Ritratt: Facebook / Kim Pisani

Dan l-aħħar Jamie għadu kif involut fil-musical Il-Kbir Għadu Ġej u fil-ġimgħat li ġejjin ħa jkun parti minn Larinġa Mekkanika. Kollox jindika li Jamie għandu futur sabiħ fil-qasam teatrali f'pajjiżna għax diġà jinsab għaddej  bi proġett kbar u ewlenin.

F'isem Gwida.mt nieħu l-opportunità nawguraw lil Jamie f'dan il-jum speċjali, nawgurawlu llum u għal futur sabiex ikollu ċ-ċans ikompli jagħmel dak li verament iħobb u jwettaq il-ħolm tiegħu! Awguri Jamie!

Facebook / Jamie Cardona


Emil Calleja Bayliss