Marica Cassar kitbet messaġġ iddedikat għall-għażiża zijitha li ħalliet din id-dinja. Marica ssellem il-memorja tagħha permezz ta' kelmtejn mill-qalb u ritratt tagħha. 

Fiha tammira ħafna kemm minkejja t-tbatija ma kontx tismagħha tgerger. "Kemm kont mara twajba, ta' ftit kliem imma b'valuri sodi u lealtà assoluta għat-twemmin li tħaddan u lejn dawk li tgħożż. Jgħiduli ħafna li nixbhek; jalla jirnexxieli nixbhek mhux mill-wiċċ biss imma fl-għemil ukoll..."

Tistrieħ fis-sliem. Kondoljanzi lil Marica u lill-familjari kollha.


Kyle Zarb