Dawk kollha li ma niżżlux il-vawċers b'mod diġitali tajjeb tkunu tafu li issa se jibdew jinħarġu l-vawċers stampati mogħtija fl-indirizz residenzjali tagħkom u dawn se jaslu permezz ta’ posta rreġistrata.

Peress li s-servizz jirrikjedi firma mingħand min qed jirċievi l-vawċers, jekk mhux ħa tkun id-dar meta dawn jiġu mqassma ser ikollok bżonn tiġbor il-vawċers tiegħek mill-Uffiċċju tal-Posta lokali tiegħek.

Importanti li biex tagħmel dan trid tieħu d-dokumenti relevanti miegħek. Dawn jinkludu, l-avviż tal-Maltapost jew inkella l-avviż minn Mimcol li wieħed jista' jniżżel minn fuq is-sit tagħhom u l-karta ta' identità.

Jekk wieħed ikun qed jiġbor il-vawċers f'isem ħaddieħor, jista' jagħmel dan billi jippreżenta l-kara ta' identità tiegħu u ta' min qed huma l-vawċers. Għal aktar tagħrif jew għajnuna jekk jogħġbok ikkuntattja lil Mimcol.

Facebook / Ekonomija


Emil Calleja Bayliss