L-idea li jsir kont falz fuq il-midja soċjali b'ismijiet, ritratti jew dettalji oħra ta' personalitajiet Maltin magħrufa jidher li għadha tiġi f'moħħ bosta!

Jidher li issa sar kont falz bl-isem William Mangion u bir-ritratt t'hawn taħt. Il-kantant ħalla appell fuq il-profil tiegħu biex wieħed ikun jaf b'dan il-qerq u jxerred l-avviż biex ngħinuh iwassal il-messaġġ lil William. 

"Għeżież ħbieb fuq facebook u membri tal-familja għandi bżonn l-attenzjoni tagħkom!! Qed nirċievi messaġġi minn ħbieb fuq Facebook jgħiduli li xi ħadd qed juża dan ir-ritratt tiegħi u ismi 'William Mangion' u qed jikkuntattja lill-ħbieb tiegħi ta' Facebook taparsi jien. Jekk tirċievi messaġġ mingħand dan il-kont 'William Mangion' b'din l-istampa hawn taħt, dak mhux jien. Jekk tafu kif tagħmlu rapport fuq Facebook jekk jogħġobkom għamlu dan għax dan hu kont falz. L-uniċi ismijiet li nuża fuq Facebook huma 'William Mangion Mascoli' u 'William Mangion Band'."


Kyle Zarb