The Entertainers Talent Search qed jagħmel sejħa għal talenti ta’ kull tip. Jekk int kantant, żeffien, attur, mużiċist, taf tagħmel il-maġija jew għandek xi talent ieħor mela din is-sejħa tgħodd għalik. Mark Spiteri Lucas u Janvil mit-tim ta’ The Entertainers, il-programm tas-Sibt filgħaxija fuq NET TV qed ifittxu diversi talenti.

Fil-passat it-tim ta’ The Entertainers kien itella’ The Entertainers Singining Challenge fejn fih ħadu sehem bosta kantanti, inkluż Michela Pace, ir-rebbieħa tal-ewwel staġun ta’ X Factor Malta. Dan jista jkun il-bidu ta’ affarijiet kbar għalik. Jekk għandek talent issa ċ-ċans li taqsmu ma’ ħaddieħor u tferraħ lil dak li jkun bih.

Instagram / Tanbouz Photography


Emil Calleja Bayliss