Is-sit WabetaInfo ħabbret li mill-24 ta’ Ottubru li ġej dawk li għandhom il-mobile tal-mudell iPhone 5 jew iPhone 5c mhux se jibqa’ jkollhom aċċess għall-app tal-messaġġi Whatsapp. 

Fix-xhur li ġejjin mistennijin isiru aġġornamenti fuq din l-app li sfortunament ma jaħdmux fuq it-tip ta’ softwares iOS 10 u iOS 11. F’mobiles oħra tad-ditta Apple li jaħdmu bl-iOS 12 jew dawk aktar riċenti, kollox ser jaħdem b’mod normali.    

Fl-2021, tħabbret lista oħra ta’ mobiles li fuqhom mhux ser jibqa’ aċċessibbli l-Whatsapp, u din tinkludi dawk l-ismartphones li ħarġu fis-suq bejn l-2010 u l-2011, fosthom il-mobiles Android li huma tal-pjattaforma 4.0.4 jew eqdem minn hekk. 


Marija Bellia