Is-sħana qed tippersisti immens dal-aħħar! Awwisu se jkun xahar bi sħana tremenda u b'aktar mewġiet, iżda x-xogħlijiet xorta jinqgħu għaddejjin. 

Il-paġna Malta Diżastru Totali xerrdet appell f'isem il-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-bini, biex dak li jkun jieħu ħsieb joffri xi flixkun ilma kiesaħ minħabba s-sħana li jridu jaħdmu fiha. Ir-rispett huwa importanti ħafna f'dan l-istaġun, għax sigħat twal taħt ix-xemx tiżreġ ma tagħmel ġid lil ħadd. It-temperatura hi mistennija toqrob l-40° C.

It-tbassir għas-sebat ijiem tal-Met Office wera li t-temperatura massima se tkun sa 39°C il-Ħamis li ġej u tinżel sa 37°C nhar il-Ġimgħa u 35°C is-Sibt. Skont l-uffiċju meteoloġiku l-mewġa ta’ sħana hija r-riżultat ta’ sistema ta’ pressjoni għolja li titla’ mit-tramuntana tal-Afrika u testendi fil-Mediterran ċentrali. Is-sħana tkompli tiggrava minħabba nuqqas ta' ċirkolazzjoni tal-arja, u tikkawża li l-pressjoni tibqa' statika u t-temperaturi jogħlew. It-temperatura massima medja għal Awissu hija 31.7 ° C.

Xerred dan l-appell - ejjew ngħinu lil xulxin!


Kyle Zarb