Illum jagħlaq sninu preżentatur li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, hekk kif Manuel Aquilina qed jiċċelebra l-ħamsin sena minn jum it-twelid tiegħu! Magħruf immens fid-dinja tat-tisjir hekk kif ippreżenta diversi programmi fuq it-televiżjoni fosthom What's Cooking with Manuel u Aroma Kitchen.

Infatti, t-tim tal-programm What's Cooking with Manuel ħadu din l-opportunita biex jawguraw lil Manuel f’għeluq sninu fejn ukoll qalulu biex igawdi din il-ġurnata speċjali kemm jista’ li filfatt qed jagħmel dan mill-kapitali Taljana ta’ Ruma, hekk kif bħalissa jinsab btala flimkien mar-raġel tiegħu.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Manuel f’din il-ġurnata speċjali, nittamaw li jkollok ġurnata eżatt kif tixtieqha int!

Facebook/What's Cooking with Manuel


Gwida.mt