Iż-żgħira Eva, li hija t-tifla tal-preżentatriċi ta’ Gadgets Rachel Cachia, u l-membru parlamentari Alex Muscat, għalqet sena!

Rachel u Alex organizzaw festin żgħir b'dekorazzjonijiet veru ħelwin kollha roża għall-ewwel faqsitu tagħha.

Ovvjament il-festin li jiċċelebra l-ewwel għeluq snin tat-tfal, ikun jinkludi l-quċċija, u Eva kellha minn fejn tagħżel mhux ħażin!

L-għażla kienet bejn ktieb, mgħarfa, kalkulatur, bajda, ċintorin, kamera, flixkun tax-xorb, mowbajl, pinna, kartiera, pinzell, karta tal-€10, termometru, xkupilja tax-xagħar u headphones.

Iżda Eva jidher li d-deċiżjonijiet tagħha tiflihom bir-reqqa, u jekk tara li ma flithomx biżżejjed, ma tiddejjaqx jekk ma tieħux id-deċiżjoni, għaliex fil-fatt Eva ma qabdet xejn!

Il-kollega ta’ Rachel, Martina, li wkoll tippreżenta Gadgets, iċċajtat fuq dan, u qalet li dawk li jaqgħhu taħt l-istilla Virgo, għandom din il-karatteristika li jdumu jaħsbuha.

Aħna nawguraw lil Rachel, Alex u ż-żgħira Eva, tal-familja ħelwa li flimkien jgħaqqdu!

Instagram / @rachyrejx


Luke Borg