Peppi Azzopardi jidher li qed iqanqal naqra ta’ diskussjoni fuq il-paġna ta’ Xarabank fuq Facebook hekk kif f’video ħabbar li nhar il-Ġimgħa li ġej il-programm se jkun fuq ix-xitan.

Hu qal kif irnexxilu jsib persuna li tkellmet, għexet u ġiet attakkata mix-xitan u kif waqt il-programm se tkun qed titkellem dwar dan kollu.

Peppi wiegħed li waqt il-programm se jkun hemm xi eżorċisti li se jiżvelaw x’għandu jagħmel wieħed biex ma jidħolx ix-xitan ġo fih.

Facebook/Xarabank


Nicole Barbara