Omm Emily, Vanessa għamlet appell għat-talb fuq il-profil ta' Facebook tagħha. Jidher li t-tifla ċkejkna qed tbati minn pressjoni baxxa u din hi l-qofol ta' kollox. Hi qasmet talba li verament temmen fiha.

Aħna ningħaqdu flimkien magħha u ma' mijiet oħra li qed jitolbu sabiex iċ-ċkejkna Emily tkompli miexja 'l quddiem. S'issa t-talb għaliha dejjem jidher li ħadem u nafu fiċ-ċert li hawn ħafna u ħafna għaddejjin jitolbu għaliha.

Kuraġġ Vanessa u l-familja kollha! Fiduċjużi li t-talb ħa jasal!

Facebook / Vanessa Gatt


Emil Calleja Bayliss