S'issa x'aktarx li kulħadd induna b'wieħed mill-effetti tat-trabijiet li ġejjin f'Malta mid-deżert Saħara... il-karozzi miksija bi trab kannella u t-temp ċlampu.

Iżda dan il-fenomenu affettwa wkoll il-kwalità tal-arja, li tista' taffettwa nies b'kundizzjonijiet bħall-ażma.

Minħabba dawn it-trabijiet, it-tniġġis fl-arja laħaq livelli perikolużi ħafna u l-problema qed tmur għall-agħar għax il-livelli qed jaqbżu l-limitu rakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa b'għaxar darbiet. 


Marija Bellia