Għal darb’ oħra, fuq il-paġna fuq Facebook Aġġornament Tat-Temp ħadu ħsieb jaġġornaw lis-segwaċi tagħhom b’dak li għandna nistennew min-naħħa tat-temp fil-jiem li ġejjin. Milli jidher, il-jiem li ġejjin ser iġibu magħhom ir-riħ.

Bdew billi qalu, “Is-Sibt b’riħ forza 5 għal 6 wara l-għaxra ta’ filgħaxija Lvant. Il-Ħadd riħ forza 7 għal forza 8 mill-Grigal Lvant li jinżel forza 6 b’buffuri forza 7 wara t-tlieta ta’filgħaxija. It-Tnejn b'riħ forza 5 u buffuri forza 6 mil-Lvant.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “It-Tlieta possibilita ta’ xita wara s-seba ta’ filgħaxija b'riħ Xlokk Ilvant forza 6 li jnaqqas wara nofsinhar għal forza 5 u jkompli jnaqqas għal forza 4 wara t-tmienja ta’ filgħaxija. L-Erbgħa possibilita ta’ xita sal-erbgħa ta’filgħodu li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Riħ Majjistral forza 5.”


Charlton Cefai